Description
Dan il-ktieb ikompli fejn ħalla Tikka Malti 1a, u Dino u Dina jerġgħu jieħdu lit-tfal dawra ma’ għaxar temi ġodda fosthom l-ispazju, il-forom, in-numri, il-ħwejjeġ u t-temp.
Kull tema għandha marbuta magħha stampa biex jitkellmu fuqha, sett ta’ kliem u numru ta’ eżerċizzji mfassla apposta skont is-sillabu.
Bis-saħħa ta’ dawn it-temi t-tfal se jkollhom ċans jipprattikaw l-erba’ ħiliet – il-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ – u jsiru konxji ta’ xi punti grammatikali bħall-artiklu u l-aġġettivi.