Books – Nifs Li Kważi Kissirni

10.00

1 in stock

Clifford Galea
Ma’ Glen Calleja

1 in stock

SKU: 9789995717032 Categories: , , Tag:

Description

Droga, politika, sesswalita’ u religjon jiltaqghu f’din l-istorja ta’ tigrib u redenzjoni. Dan huwa r-rakkont imqanqal ta’ Clifford Galea, zaghzugh ezemplari, li jiehu nifs kokaina u l-vizzju malajr jirkbu. Fl-aqwa ta’ hajtu, pass hazin iwassal ghal iehor u iehor. Il-vizzju jikber. Id-djun u l-gideb jitkattru. L-ewforija tal-ewwel nifs malajr tisfixxa mix-xejn u tiehu bixra tragika. Id-dinja tibda ddur mad-droga, ma’ kemm Clifford jiflah jixtri u jpejjep. Inqabad fin-nasba u ma jistax johrog minnha.

Clifford jirrakkonta kif ma kien jonqsu xejn fil-hajja. Minn ckunitu kien ihabrek fl-iskola u f’ghaqdiet volontarji fin-Naxxar, ir-rahal li tant habb minn dejjem. Il-hbieb u l-popolarita’ qatt ma naqsu. Meta kiber l-istess. Dahal l-universita’, lahaq ghalliem iddedikat u appassjonat tal-kultura popolari u tradizzjonali, baqa’ attiv fil-komunita’, fil-kunsill lokali, fix-xandir u fil-Partit Laburista. Minn barra, kollox kien jidher f’postu. Fl-ghajn pubblika sab l-ammirazzjoni u t-tifhir. Kulhadd itaptaplu fuq dahru. Kulhadd jara x’se jiehu minnu. U Clifford jaghmel minn kollox biex ma jiddizappunta ‘l hadd. L-aqwa li jintghogob. L-aqwa li n-nies jibqghu jghidu, qed tara Cliff kemm hu mill-ahjar? Din l-ewwel droga li ha; l-applaws tan-nies. Dan l-ewwel vizzju; il-popolarita’. Akkost ta’ kollox. Akkost tal-miljazzjoni tieghu innifsu. Min jghola hafna jiehu tisbita kbira. U hekk gralu.

Fl-aghar mumenti tieghu, narawh jaghmel dak kollu li ma qatt m’emmen fih. Narawh imur kontra kull valur li dejjem haddan. Jekk qabel id-droga kien leali u dedikat, issa kien sar giddieb prim li jahseb biss fih innifsu. Sar juza’ n-nies l-aktar gheziez biex jakkwista flus u droga bhalma shabu, l-ivvizjati li kien iqatta l-iljieli maghhom, kienu qed juzaw lilu. Narawh jinnegozja x-xiri, is-self, id-djun, l-obbligi immorali li jgib mieghu vizzju bhal dan. Narawh jitlef ruhu, il-hbieb, il-hajja li kellu qabel. Narawh jitlef kollox. Imiss il-qiegh.

Fil-wicc, din hija grajja ta’ vizzju, tentazzjoni u tama. Taht il-wicc, pero’, hemm elf grajja ohra. Hemm it-tensjonijiet tal-misthija morali u l-istigma socjali dwar l-omosesswalita’. Hemm l-intricci ta’ politici zghar u kbar bil-weghdiet u t-tradimenti taghhom. Hemm tniggis l-iprokizija. Hemm is-sejha religjuza, il-fidi, il-kunvent, l-imhabba u z-zwieg ma ragel iehor.

Ghal sentejn shah, Cliff jigri minn post ghall-iehor madwar Malta u Ghawdex ifittex l-ewforija, il-pjacir, il-ferh fieragh tas-sustanza li twieznu ghal ftit waqtiet qosra. Ifittex u jfittex sakemm jirrealizza li qed jahrab minnu nnifsu, mir-realtajiet personali tieghu, minn dak kollu li qatt ma ha bis-serjeta’ bizzejjed, dak li jtih is-sahha u l-kunfidenza fih innifsu, dak li jilliberah mill-bzonn tat-taptipa fuq dahru, mill-bzonn tal-applaws u l-popolarita’. Fid-droga jsib biss bir bla qiegh ta’ qsim il-qalb, dizappunti u dmugh.

Imma l-ghajnuna u t-tama dejjem pass ‘il boghod. Cliff jidhol ghall-programm tar-rijabilitazzjoni mal-OASI, darba, tnejn, tlieta. Jibqa’ jipprova. M’ghandux ghazla. Il-programm igibu f’sensih u jtih l-ghodod biex jghix mal-marda tal-vizzju minn gurnata ghall-ohra. Illum jum gdid. Illum hieles.

Clifford huwa attivist dwar l-addiction. Hu storiku u ghandu Masters fil-Baroque Studies. Huwa wkoll il-kuratur Amministrattiv tal-Casino Notabile Mdina, Vici President tal-Banda Peace u prezentatur televiziv specjalment ta’ programmi kulturali. Huwa wkoll artikolist f’diversi gazzetti u rivisti Maltin.