Books – Mastru Gerfex Rebbieħ Dejjem

7.00

2 in stock

Aktar praspar ġodda għal seħibna Mastru Gerfex!

Mastru Gerfex qalbu tajba u ċajtier, u tassew maħbub f’Ħal Busbies.

Madankollu hemm ukoll min hu mqabbad miegħu daqs qarnita. Fosthom is-Surġent Sacco li jħobb isus warajh biex jaqbdu f’xi reat. U hemm Kaspru l-Amerikan li jgħir għalih u spiss jagħmillu xi sfida jew imħatra. Imma Mastru Gerfex makakk — dejjem jirbaħ hu u jħallihom b’xiber imnieħer. Hekk ġara:

–  meta Kaspru ried jieħu ikla b’xejn minn restorant fejn il-wejter kien Mastru Gerfex,
–  meta Kaspru ried iġiegħel lil Mastru Gerfex jiġbed id-daqna tas-Sindku,
–  meta s-Surġent Sacco qala’ lil Gerfex minn kju u bagħtu wara nett.

U x’ġara meta x-xwejjaħ mar l-iskola, fil-klassi tan-neputijiet?

2 in stock

SKU: 9789990919271 Categories: , , Tag: