Showing 101–150 of 466 results

  • Books – Il-Bawxati ta’ Pietru Pitravu

    7.00

    GHAL DIK li hi skola Pietru Pitravu ma kienx aħjar mill-ħmar ta’ Wiżu għax l-istudju qatt ma ried jaf bih.  Iżda meta jiġi għal xi bawxataminn tiegħu kien iħaddem rasu daqs avukat.  Ma tantx kien iħaddem rasu daqs avukat.  Ma tantx kien iħobb iħalliha ħelwa għal melħa u, jekk tħabbatha miegħu aktarx li kont tmur minn taħt.

    Il-praspar ta’ Pietru Pitravu kienu ta’ sikwit iħarbtu l-paċi tan-nies tar-raħal kif ukoll t’ommu u missieru.  L-għalliem tiegħu u s-Surmast ta’ l-iskola ġieli tħabblu wkoll fit-taħwid tiegħu.  Iżda bosta drabi oħra Pietru kien jispiċċa moqli b’żejtu.  Dan ġara meta, ngħidu aħna, kiseb għalih innifsu t-Titlu ta’ Ħmar… jew meta mar jaqta’ l-lewż mis-siġar ta’ Kola l-bidwi u kellu xi jgħid mal-bodbod aħrax li kien hemm fl-għalqa.

    Add to basket
  • Books – Il-Bravu ta’ Venezja

    5.00

    – Ġovanni Frontoni, żagħżugħ qalbieni Venezjan, jirritorna minn abbord is-Sbejħa Sorrentina biex iħaddan lill-għażiża martu u lit-tarbija l-ġdida tagħhom. Iżda mogħmi bl-għira ħaseb li kien tradut u f’telfa ta’ ġenn ħalla lil martu Teodora kważi mejta b’daqqa ta’ stallett.

    – Ix-xorti ħażina tibqa’ tiġri warajh hekk kif hu u x-xwejjaħ missieru jiġu akkużati b’konfoffa. Kien kollu għalxejn li qalu li mhumiex ħatja. Lill-iben ikkundannawh għat-turufnament filwaqt li l-missier ingħata s-sentenza tal-mewt.
    – Imma min jista’ jtemm ħajjet ix-xwejjaħ jekk ir-Repubblika Venezjana tinsab mingħajr il-Bravu? X’lest jagħmel Ġovanni biex isalva lill-għażiż missieru? Min huma s-sbejħa Vjoletta u s-Sinjura, li waslu minn Ġenova sbatax-il sena wara? U x’jitlob il-Konti Salfieri minflok ir-rikkezzi kollha li offrietlu s-Sinjura tiegħu?
    – Addattat minn Charles B. Spiteri
    Add to basket
  • Books – Il-Festa tal-Għeneb ta’ Kurun il-Qanfud

    4.50

    – Dyslexia friendly

    Kurun il-qanfud ihobb wisq il-festa tal-gheneb li Ganni l-bidwi jorganizza flimkien mas-sindku ta’ Hal Xuxa, is-Sur Pandolfino Parascandolo.
    L-entuzjazmu tieghu ghal din il-festa jdahhlu f’bawxata kbira.
    Imma x’mar zmerc waqt il-festa?

    Add to basket
  • Books – Il-Forom ma’ Żippiti ż-Żrinġ ta’ Natalie Portelli

    4.95

    Darba qabeż mill-għadira u mar fil-villaġġ tal-forom.

    Aqra u ssir taf ma’ liema forom iltaqa’ u jekk spiċċawx f’żaqq Żippiti ż-żrinġ!

    Add to basket
  • Books – Il-Ġowker

    14.95 Add to basket
  • Books – Il-Ġranet tal-Ġimgħa ma’ Ojnki l-Qażquż ta’ Natalie Portelli

    4.95

    Ojnki l-qażquż kellu problema biex jiftakar il-ġranet tal-ġimgħa.

    B’din l-istorja kollox isir eħfef.

    Add to basket
  • Books – Il-Gzira tax-Xitan u Stejjer Ohra

    9.95

    L-isem propju tal-gżira Kubana ta’ żmien Fidel Castro huwa Inagua, imma kulħadd kien jafha bħala l-Gżira tax-Xitan għax fiha kienu jiġu eżiljati l-agħar nies li wettqu delitti kbar.

    Niltaqgħu ma’ Juan Carlos, raġel mill-agħar li wettaq kull xorta ta’ affarijiet ħżiena: serq, stupri u anke delitti kbar u tal-waħx. Kien kap ta’ għaqda tal-agħar briganti li wieħed jista’ jimmaġina. Ma jibża’ u jiddejjaq minn ħadd u minn xejn. Mibegħda kbira biss kellu f’qalbu, kemm għan-nies ta’ madwaru, u wisq aktar għall-membri tal-Ġustizzja.

    Kif jispiċċa dan Juan Carlos u l-familja tiegħu wara daqstant ħruxijiet li kien wettaq? Minn xiex kellu jgħaddi dan il-bniedem bla ebda skrupli? U b’liema mod tidħol f’dan ir-rakkont il-gżira ċkejkna ta’ Malta li hi wisq imbiegħda minn Kuba?

    Dan ir-rakkont, flimkien ma’ stejjer oħrajn tassew interessanti, iħallu lill-qarrej fuq ix-xwiek mill-bidu sal-aħħar.

    Kitba ta’ Elio Lombardi

    Add to basket
  • Books – Il-Hrejjef Magici – Il-Princep Zrinġ

    3.75

    Tifel makakk, suldat qalbieni u principessa kapriccuza huma whud mill-karattri li se tiltaqa’ maghhom f’din is-sensiela li tigbor fiha l-hrejjef favoriti tieghek! Iftah il-ktieb u ntilef f’dawn il-grajjiet mimlijin magija u avventura!

    Principessina thobb tilghab wahidha fil-bosk. Darba minnhom tispicca fl-inkwiet u zring qalbu tajba jghinha. Kulma jitlobha lura huwa li jqattghu ftit tal-hin flimkien. Imma Principessina ma tkunx trid.

    Add to basket
  • Books – Il-Kulur Favorit ta’ Qsajra l-Ġiraffa ta’ Natalie Portelli

    4.95

    Kuljum kien jogħġobha kulur differenti: l-aħmar, il-blu, l-isfar . . .

    Inti tixtieq titgħallem il-kuluri ma’ Qsajra l-ġiraffa?

    Add to basket
  • Books – Il-Mostru ta’ Marsaxlokk

    14.95

    Kienet lejla stramba, oskura, bil-wisq differenti mill‑iljieli qliel li s-soltu jħabbtu wiċċhom magħhom is-sajjieda ’l barra mill-bajja ta’ Marsaxlokk. Fl‑istess lejla mqallba Marsaxlokk tilef waħda minn uliedu, Lisa Mangion, li sparixxiet minn quddiem għajnejn kulħadd qisu belagħha l-baħar jew ix-xitan innifsu.

    Xhur wara jgħibu wkoll Christina u Maria, li inċidentalment ukoll kienu f’guest house fl-istess raħal. It-tfittxija għalihom ma taqta’ xejn imma l-pulizija ma setgħux isibu ħjiel tagħhom, lanqas fuq l-Għolja ta’ Trojja u ċ-ċimiterju Medjevali qribha.

    Is-suspettat ewlieni tal-Pulizija huwa Reno, li kien jaqsam id-droga ma’ Lisa minn wara dahar martu, sakemm minn imkien titfaċċa persuna oħra li terġa’ taqleb l-istħarriġ ta’ taħt fuq.
    Id-destin tat-tfajliet jidher mill-aktar kiefer u għeruqu huma tant fondi u mħabbla li jistgħu jinħallu biss bis-saħħa tal-ispirti li jagħżlu li jitkellmu biss mal-aħwa anzjani Antonia u Katie, u jibagħtu messaġġi strambi lill-Avukat Gabarretta.

    Add to basket
  • Books – Il-Papa’ Tiegħi Bravissimu…Imma Differenti

    5.95

    Iċ-ċkejkna Stella kellha rabta speċjali ma’ missierha. Minbarra li kienet tħobbu ħafna, kienet ukoll tammirah għat-talent li kellu fit-tpinġija.

    Stella bdiet tinnota li l-papà tagħha kien kemxejn differenti minn dawk tal-ħbieb tagħha. Madanakollu, għal Stella, dan xejn ma kien jimporta. L-aktar ħaġa importanti għal Stella kienet l-imħabba ta’ bejniethom u li kien verament bravissimu…minkejja li differenti.

    Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

    Add to basket
  • Books – Il-Pejxu taz-Zarbun

    3.95

    Sensiela Hrejjef Klassici

    Add to basket
  • Books – Il-Piena Tal-Mewt F’Malta

    10.00

    – Il-Ħamsin Anniversarju mit-Tneħħija tal-Piena tal-Mewt f’Malta.

    F’dan il-ktieb l-awtur Eddie Attard jesplora l-istorja tal-piena kapitali f’Malta, f’għeluq il-ħamsin anniversarju mit-tneħħija tagħha. Mill-forka li kienet tingħata fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, l-awtur jelenka l-eżekuzzjonijiet tal-mewt fi żmien il-ħakma Ingliża, kif ukoll il-forka fil-ħabs ta’ Kordin. Attard jispjega wkoll it-tip ta’ dfin li kien isir għall-iġġustizzjati, li kien isir f’ċimiterji apposta viċin il-post tal-eżekuzzjoni. Jurina wkoll ir-rwol tal-bojja, li kien il-persuna li kien iwettaq l-att tat-tneħħija tal-ħajja fuq l-iġġustizzjati u jidħol f’dan ir-rwol fil-kuntest Malti. Jeżistu wkoll bosta leġġendi marbuta mal-piena tal-mewt, fosthom il-każ ta’ Ġużeppi Grech, ta’ Thomas Sweeney, u Nazzareno Abela fost l-oħrajn. L-ewwel tentattiv biex titneħħa l-piena kapitali kien fl-1965, u din tneħħiet għal kollox, minbarra f’ċerti eċċezzjonijiet, fl-1971.

    Read more
  • Books – Il-Praspar ta’ Sika

    2.95 Select options
  • Books – Il-Praspar Ta’ Mastru Gerfex

    7.95

    Mastru Gerfex hu bla dubju l-iktar bniedem popolari f’Hal Busbies. Malli ghalaq is-sittin waqaf mix-xoghol u beda bil-praspar. U xi praspar! Il-barumbati li jaghmel minn jum ghal jum ma jitwemmnux. U kienu sewwasew dawn il-praspar goffi li kisbulu t-titlu eccellenti ta’ Mastru Gerfex. Kien hemm min qal li mohh ix-xwejjah hfieflu bix-xjuhija, waqt li ohrajn xerrduha li rasu tkun spiss iddur bl-inbid li jixrob. Jien ma nafx min minnhom ghandu ragun, u mhix haga kbira li ghandhom bicca ragun kull wiehed. Li naf zgur hu li f’Hal Busbies in-nies kollha jhobbu u jiggostaw lil Mastru Gerfex ghall-praspar li jaghmel. Insomma, mhux in-nies kollha kollha jiggostawh! Is-Surgent Sacco, nghidu ahna, ma jistax jarah impingi, ghax mhux l-ewwel darba li thabbel fix-xibka tal-praspar tieghu. Anzi jhossu cert li l-inkwiet kollu li jinqala’ f’Hal Busbies hu dejjem htija ta’ Mastru Gerfex … u tal-kelb tieghu Ferfex. Ohrajn ghadhom sal-lum ma jafux kif jaqbdu jiktbu x-xwejjah … ghax xi drabi jilghabha tal-ikbar imbecilli fir-rahal kollu, u drabi ohra jhaddem rasu daqs l-iprem avukat. L-ahjar hu li taqraw il-praspar tieghu u tiggudikaw intom.

    Add to basket
  • Books – Il-Prinċep tal-Birgu

    14.95

    Din il-ġrajja seħħet il-Birgu wara l-Ewwel Gwerra Dinjija. L-Ingliżi ħallew lill-Maltin bil-ġuħ, f’għaks u f’telqa kbira. Il-poplu Malti ma setax ilaħħaq mal-ħajja. L-Ingliżi ngħaqdu mal-Knisja biex iħallu lill-Maltin f’injoranza kbira. Manwel Dimech jispiċċa eżiljat mill-gvern Ingliż għax ried jeduka lill Maltin.

    Jorgos, żagħżugħ li jgħix il-Birgu, bin familja nobbli, kien student universitarju determinat u ma jaqta’ qalbu minn xejn. Kien iħobb jikteb il-ħsus tiegħu fi djarju. Renza kienet ukoll studenta universitarja. Tfajla Maltija b’missier ta’ nisel Ingliż, li kien kurunell fl-Armata Ingliża. Il Kanonku Federik għex l-Awstralja għal bosta snin u issa kien joqgħod Ħal Qormi.

    Ġrajja mibnija fuq l-istorja ta’ Malta mħallta ma’ rakkont immaġinarju li jħalli lill qarrej sal aħħar fuq ix-xwiek.

    Add to basket
  • Books – Il-Wegħda

    7.00

    Jgħidu li wegħda hija dejn sa ma tintradd… imma kemm huwa minnu dan? Sa mill-ewwel żminijiet tal-bniedem, dejjem hekk kienu, iwiegħdu u jroddu. Iżda biex dan iseħħ, min iwiegħed irid ikun żgur li dak li jwiegħed ikun tiegħu… ma tistax twiegħed dak li mhux taħt il-ħakma tiegħek!

    F’din l-istorja naraw kif b’wegħda żbaljata, persuna kapaċi titfa’ f’qiegħ l-abbiss lil dawk ta’ madwarha u dan ħafna drabi jsir għall-kapriċċ tagħha. U jekk fin-nofs ikun hemm sigrieti suwed, biex tagħti dak li tkun wegħedt, tasal biex tagħmel kollox! Il-wegħda hija dejjem dejn, jgħaddi kemm jgħaddi żmien u fuq il-wegħda m’hemmx liġi… sakemm dak li twiegħed ma jaqax taħt il-liġi tan-natura… għax hemm, il-wegħda tinħall u terġa’ lura!

    Add to basket
  • Books – Illustrated Bible Stories – (Usborne)

    14.00

    – A beautifully illustrated collection of stories from the Bible, charmingly retold for young readers

    – Hardback – 368 pages

    – Dimensions: 157 x 200 x 38mm

    Add to basket
  • Books – In-Nanna Se U L-Falkun Ta’ Żewġt Irjus

    4.95

    Dyslexia Friendly

    Add to basket
  • Books – In-Nanna Se u l-Gremxula t-Tonda

    4.95

    In-nanna Se reġgħet saret tifla sabiex issalva lid-dinja mis-seħer li kin qed iħawwar Mażaar is-saħħar.

    Iżda biex tagħmel dan kellha bżonn l-għajnuna tal-Gremxula t-Tonda.

    Din l-avventura tlaqqagħna mas-Siġra x-Xiħa, ħafna u ħafna insetti, u x-xiħa nofsha papra.

    Tgħid iwaqqfuh lil Mażaar?

    Dyslexia friendly

    Add to basket
  • Books – In-Nanna Se u s-Saħħara l-Vjola

    4.95

    – Dyslexia friendly

    Is-Sahhara l-Vjola harbet mill-habs u bdiet taghmel gerba kullimkien. Ma kinitx se tkun haga hafifa ghan-nanna Se biex twaqqafha. Hija talbet lil Ezaron biex imur maghha biex jghinha.

    Sahhara… serp… brimb…
    Ghanqbut… funtana… valenu…

    Tghid waqqfuha lis-sahhara?

    Add to basket
  • Books – In-Nanna Se u Trullu Trullu

    4.95

    Dyslexia Friendly

    Add to basket
  • Books – Interactive Puppet Books – (Igloo Books)

    9.9514.95

    – Large, clear text throughout
    – Emphasis on full-page illustrations to engage young readers to take part in storytelling

    Select options
  • Books – Ir-Raħal tan-Nani – 2 Stejjer fi Ktieb Wieħed – (BDL)

    4.95

    – Ir-Raħal tan-Nani 8 – Bomblu u t-Tafal + Bomblu u l-Pastizzi
    – Ir-Raħal tan-Nani 9 – Frawlina, is-Serduk u l-Flieles + Melħu u l-Mitraħ tar-Rix
    – Ir-Raħal tan-Nani 10 – Melħu u l-Qabda Bla Ħsieb + Bomblu, Bajtru u l-Ħmara l-Griża
    – Ir-Raħal tan-Nani 11 – Iċ-Cajta ta’ Lejħu + Id-Dgħajsa ta’ Melħu
    – Ir-Raħal tan-Nani 12 – Rożetta u l-Kutra tas-Suf + Bomblu u l-Flixkun Inbid

    Select options
  • Books – Ir-Rigal tar-Re Riccardo

    7.95

    Mir-Renji Maestużi

    Ir-Re Ricardo ried jaħseb fi pjan biex jirranġa d-diżgwid li kien hemm bejn il-pajjiżi ġirien Ċikawa u Litvana. Moħħu kien ilu jberren biex isib tarf ta’ dan is-saram, u fl-aħħar irnexxielu jsib soluzzjoni… jew għall-inqas hekk ħaseb!

    Ir-Re Ricardo ma stenniex rigali… speċjalment rigal daqshekk kbir, anzi enormi! Iżda diffiċli tgħid le għal rigal. Mur għidlu li dan ir-rigal kien se jdaħħlu f’baħar ta’ inkwiet!

    Add to basket
  • Books – Ira Il-Kaz Numru 9

    3.00

    Kitba ta’ Antoine Barbara

    Add to basket
  • Books – Is-Sejba Misterjuża ta’ Ġuġu l-Fenek

    4.50

    l-Avventuri f’Hal-Xuxa

    Add to basket
  • Books – Is-Seħer tal-Peinċipessa Aurora

    7.95

    F’post imbiegħed hemm re inkwetat, prinċipessa kapriċċuża u kokka kemxejn imqarqċa. Dawn it-tlieta bejniethom, bil-karattri u l-personalitajiet tagħhom, isibu ruħhom f’kobba mħabbla ambjentata f’kastell meraviljuż.

    Kif tista’ tiddejjaq jekk tgħix f’kastell mgħammar minn kollox, servut u indukrat bl-aqwa mod? Però, mhux kulħadd jaħsibha l-istess!

    Hawn min m’għandux sabar u jispiċċa jidħol bejn il-basla u qoxritha f’avventura liema bħalha. Kif jgħidu, mitt bniedem mitt fehma!

    Add to basket
  • Books – Is-Suspetti Ta’ Dolly Fenton

    7.00

    Kitba ta’ Monica Gatt

    Il-futur tiegħi u dak tat-tarbija jinsabu mhedda!

    Is-suspetti dejjem joktru. Ma nista’ nafda lil ħadd aktar, la lil ħuti Edward u Thomas, u aktar u aktar lil missieri li jobgħodni. Jemmen li kaġun tiegħi jinsab fuq siġġu tar-roti. Lanqas lil Koli, il-koka tagħna li tafna nitwieldu, ma nista’ nafda.

    Koli taf is-sigrieti kollha ta’ din id-dar, dar li qisha kastell, maqtugħa għaliha. Mhux id-dar biss għandha s-sigrieti tagħha imma kull min jgħix fiha. Saħansitra ommi għandha s-sigrieti tagħha. Nitla’ kuljum naraha fit-turretta fejn hi magħluqa.

    Min huwa dak il-barrani li jkun iħuf fl-inħawi? X’konnessjoni għandu ma’ ħija Edward?

    Għalija mnalla jkun ix-xogħol fl-uffiċċju tagħna tal-Belt għax almenu hemm Frank li nista’ nafda. Jew sejra żball ukoll?

    Fl-aħħar il-maltemp se jgħaddi u mhux biss insib il-bnazzi imma wkoll l-imħabba meta ma nkunx qiegħda nistennieha.

    Add to basket
  • Books – It-Tarbija tax-Xebba

    10.00

    – Anna, tfajla tbigħ il-ġmiel, tiltaqa’ ma’ ġuvni gustuż u tieħu grazzja miegħu mill-ewwel. Mill-għada Anna qatt aktar ma rat lil wiċċu. Aktar tard saret taf li ħarġet tqila.
    – Meta waslet biex ittemm it-tqala ltaqgħet ma’ Ġovann, armel li talabha tkun martu. Hi qaltlu li ma jkun ħadd jekk mhux dak li ħarġet tqila minnu. Ġovann tant ħa grazzja magħha li qabel infirdu qalilha biex jekk tbiddel fehmitha jew ikollha bżonn, tfittxu. Wara l-ħlas inqalgħu kumplikazzjonijiet li wasslu lil Anna tħalli din id-dinja. Saċerdot li assistieha waqt mewtha wegħedha li jaqtgħalha xewqitha u jmur Sqallija jfittex lil Ġovann u jitolbu jrabbi lit-tarbija.
    – Tonio u martu ma kellhomx tfal u kienu jgħixu ma’ missieru. Huma ħaduha b’insult li jrabbu ’l din it-tarbija. Fl-aħħar inkixfu l-borom u Ġovann, missier Tonio, urieh il-provi kollha li dik it-tarbija ma kinitx barranija imma kienet demmhom stess.

    Kitba ta’ Carmel Bianchi

    Add to basket
  • Books – It-Tifel Taħt Is-Sodda

    13.95

    …tax-xagħra li qridna,
    u s-siġar li ħraqna,
    tas-sħab li niġġisna,
    u l-mewġ li dardarna;
    tal-bhejjem imqattgħa,
    u t-tfal li weġġajna,
    tat-trabi li qtilna,
    u l-kliem li ħammiġna
    mhux biżżejjed
    id-demm ta’ ġisimna.

    “Tafu li omm it-tifel tiġri mal-irġiel?” staqsa s-Surmast. “Tafu li missieru ma kienx missieru?”
    “U qatt ħsibtu xi jħoss tifel żgħir meta turih xbieha ta’ raġel imċaflas bid-demm, nofsu għarwien, bix-xewk iċarratlu l-ġilda ta’ rasu, u msammar ma’ salib?”
    “Tafu kemm kellu l-wied u l-ħarrub għal qalbu qabel bnew kullimkien vilel?” staqsa mġħaddab wara ftit.
    L-oħrajn iċċassaw iħarsu lejh.
    “Għalhekk ġera d-demm,” qalilhom. “Għalhekk!”

    Kitba ta’ Paul P. Borg

    Add to basket
  • Books – Ix-Xhur tas-Sena ma’ Baħbaħ il-Ħaruf ta’ Natalie Portelli

    4.95

    Baħbaħ il-ħaruf xtaq jitgħallem ix-xhur tas-sena wara xulxin.

    Fl-aħħar, sħabu l-annimali ħasbu biex jgħinuh huma wkoll.

    Inti tixtieq tgħin lil Baħbaħ il-ħaruf jitgħallem ix-xhur?

    Add to basket
  • Books – Iżjed Bawxati Ta’ Pietru Pitravu

    7.00

    F’dan il-ktieb insibu ghaxar stejjer umoristici ohra dwar Pietru Pitravu, it-tifel imqareb li jgaghlek tidhak bil-bawxati li jaghmel. Dawn l-istejjer huma ambjentati fis-snin hamsin meta fil-klassijiet tal-iskola primarja ma kienx ikun hemm bniet u subien flimkien, ghax dawn kienu jitghallmu fi skejjel separati. Flok imwejjed u siggijiet it-tfal kellhom bankijiet tal-injam, u kienu jiktbu bil-pinen u l-klamari. Wara n-nofstanhar ta’ filghodu kienu jmorru d-dar u jergghu lura l-iskola fis-2.00pm. U f’dan l-ambjent Pietru kien johloq bawxata wara l-ohra fejn daqqa jmur minn taht u daqqa jmur minn fuq.

    Add to basket
  • Books – Jinzlulek Għasel 2 – Ġabra ta’ Anedotti minn Maltin Magħrufa

    7.00

    – Miktub minn Charles Flores u Tony Barbaro Sant

    Ghaddew seba’ snin minn meta hareg Jinzlulek Ghasel, gabra ta’ aneddoti minn protagonisti f’oqsma differenti tas-socjetà Maltija, li nafu kemm nizlet tajjeb mal-qarrejja Maltin u Ghawdxin.

    Dan it-tieni volum huwa x’aktarx l-aktar sequel li dam biex wasal fl-istorja tal-qari. Matul dan il-perjodu sfortunatament tlifna lil xi whud minn dawk li kienu wasslulna l-istejjer helwin, sikwit ferrieha, fl-ewwel volum. Il-vojt imtela minn kontributuri godda li, flimkien ma’ dawk li kienu nghaqdu maghna fl-ewwel edizzjoni, jaghmlu din l-edizzjoni wahda xejn inqas ecitanti – bukkett iehor ta’ aneddoti li ma tiqafx taqrahom qabel tispiccahom.

    Jinzlulek Ghasel 2 ma jonqosx li bis-sehem ta’ daqstant personaggi jerga’ joffri l-opportunità lill-edituri biex, mid-dhul taghhom, jaghmlu donazzjoni lil wiehed mis-santwarji tal-annimali li ghandna x-xorti jkollna f’pajjizna.

    Add to basket
  • Books – Karamellu tar-Rahal t’Isfel

    8.00

    Fl-ewwel tliet stejjer f’dan it-Tieni Ktieb dwaru naraw lil Karamellu wiċċ imb wiċċ ma’ barbaġann, niltaqgħu ma’ sieħbu magħruf bħala ‘Bertu l-Imqareb’, u nsibu x’ġara minn dulliegħa meta Karamellu mar l-ewwel darba Għawdex.

    Fi tliet stejjer oħrajn naqaw dwar praspar waqt waħda mill-fieri tal-Kappillan, nieħdu gost ma’ Karamellu f’ħarġa sa Marsaxlokk u dawra fuq luzzu, u niskopru x’ġara jum minnhom waqt li nannu ta’ Karamellu kien qed iqaxxar il-leħja.

    Stejjer oħrajn juruna x’għamlet il-kelba ta’ ziju ta’ Karamellu meta marru jħumu, ilaqqgħuna ma’ Nikol tal-Ħalib u mara li kienet tiffittah, jgħidulna kif grillu ħarbat lejl ta’ mistrieħ fid-dar ta’ Karamellu, u jiftħulna tieqa fuq x’jista’ jiġri minħabba s-sħana, l-għomma u l-għakar.

    Add to basket
  • Books – Karamellu tar-Raħal t’Isfel

    6.50

    Karamellu tar-Raħal t’Isfel kien tifel li trabba f’vilaġġ Malti bosta snin ilu.

    Kien żmien meta t-tfal kienu jqattgħu ħafna ħin jilagħbu barra, bħal bil-boċċi tal-ħġieġ jew bil-ballun, b’xi skuter tal-injam, jew jiġru wara xulxin f’toroq bi ftit li xejn karozzi u ħajja sempliċi mingħajr televixin, kompjuter, internet u mowbajl.

    L-istejjer qosra tiegħu joffru togħma oriġinali ta’ kif kienu jgħixu niesna fl-imgħoddi, meta f’raħal kulħadd kien ikun jaf lil kulħadd u l-hajja kienet ferm iktar kwieta u kalma.

    Add to basket
  • Books – L-Esploraturi tal-Ispazju

    6.95

    – Kollezzjoni ta’ erba’ kotba
    – Eta’ 6-7 snin
    – Inghaqad mat-tewmin Daisy u Darren hekk kif isiru esploraturi tal-ispazju,
    jivvjaggaw fis-smewwiet filwaqt li jitghallmu dwar id-dinja, il-qamar, l-istilel u x-xemx.

    Select options
  • Books – L-ewwel 1 2 3 – (BDL – DK)

    5.50

    Hajjar lit-tfal jghoddu u zid il-hiliet numerici taghhom permezz ta’ dan il-ktieb bl-istampi.

    – Jippromwovi l-qari
    – L-ghadd ta’ oggetti jizviluppa l-hila numerika bikrija
    – L-istampi jkabbru l-gharfien tad-dinja

    Add to basket
  • Books – L-Ewwel Kelmiet

    7.95

    Maħsub għal tfal ta’ età bikrija li għadhom jibdew jaqraw. Jintroduċi vokabularju ġdid dwar suġġetti differenti marbuta mal-ħajja ta’ kuljum.

    Jgħin lit-tfal jaqraw pass pass billi jibda bi kliem sempliċi, frażijiet, sentenzi u fl-aħħar anke stejjer qosra. Ideali għall-qari d-dar u l-iskola.

    Illustrazzjonijiet ta’ Janet Vella

    Bl-approvazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

    Add to basket
  • Books – L-Ewwel Kelmiet Tiegħi

    5.50

    – Sahhah il-hila tat-tahdit u l-vokabolarju permezz ta’ dan il-ktieb bl-istampi.

    – Jghin jibni l-qafas ghall-hila tal-qari
    – Jghin jibni l-hila tal-osservazzjoni permess tal-istampi
    – L-istampi jkabbru l-gharfien tad-dinja

    Add to basket
  • Books – L-Ewwel Kelmiet: L-Ittri L-Ewwel

    6.95
    • Varjetà ta’ temi
    • Vokabularju ġdid
    • Grammatika Maltija
    • Użu ta’ Punteġġjatura
    • Formazzjoni ta’ sentenzi

    Nilagħbu bl-Ewwel Kelmiet jinkludi 12-il tema li jikkumplimentaw il-kotba tal-qari ta’ dan il-programm. Kull tema tibda b’attivitajiet sempliċi li t-tfal ikunu kapaċi jaħdmu waħedhom biex isaħħu l-vokabularju relatat mat-tema. L-attivitajiet gradati tal-qari, kitba u grammatika jwasslu lit-tfal biex jaqraw u jiktbu kliem, frażijiet u sentenzi filwaqt li jistimulaw il-kreattività  tat-tfal bit-tpinġija u l-kitba.

    Programm ta’ qari u kitba għat-tfal tas-snin bikrin

    Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

    Add to basket
  • Books – L-Ewwel Kelmiet: Naqra Ma’ Turu

    7.95

    Naqra ma’ Turu huwa ideali għall-qari d-dar u l-iskola.

    Huwa bbażat fuq temi li jinteressaw lit-tfal u għalhekk jagħtihom l-opportunità biex jipprattikaw kliem ġdid. Jibda b’sentenzi ħfief u jkompli bi stejjer qosra. Dan jgħin lit-tfal iżidu l-vokabularju tagħhom u jużawh f’kuntest usa’ biex b’hekk jagħmlu aktar sens mid-dinja ta’ madwarhom.

    Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

    Add to basket
  • Books – L-Ewwel Kelmiet: Nilghabu bl-Ewwel Kelmiet

    6.95
    • Varjetà ta’ temi
    • Vokabularju ġdid
    • Grammatika Maltija
    • Użu ta’ Punteġġjatura
    • Formazzjoni ta’ sentenzi

    Nilagħbu bl-Ewwel Kelmiet jinkludi 12-il tema li jikkumplimentaw il-kotba tal-qari ta’ dan il-programm. Kull tema tibda b’attivitajiet sempliċi li t-tfal ikunu kapaċi jaħdmu waħedhom biex isaħħu l-vokabularju relatat mat-tema. L-attivitajiet gradati tal-qari, kitba u grammatika jwasslu lit-tfal biex jaqraw u jiktbu kliem, frażijiet u sentenzi filwaqt li jistimulaw il-kreattività  tat-tfal bit-tpinġija u l-kitba.

    Programm ta’ qari u kitba għat-tfal tas-snin bikrin

    Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

    Add to basket
  • Books – L-Ewwel Kelmiet: Nitgħallmu Ma’ Turu

    6.95

    Nitgħallmu ma’ Turu huwa maqsum f’ 7 temi li jinsabu fil-ktieb tal-qari Naqra ma’ Turu.

    • Kull tema fiha sensiela ta’ attivitajiet relatati malktieb tal-qari Naqra ma’ Turu u li jistgħu jirreferu għalih waqt li qed jaħdmuhom.
    • Isaħħaħ il-kitba tal-vokabularju u jistimula l-ħsieb għall-kitba kreattiva.
    • Il-varjetà tal-attivitajiet tagħti opportunità lit-tfal biex jitgħallmu l-grammatika Maltija f’kuntest
    • Jagħti lok fejn it-tfal isaħħu l-ortografija
    • Jagħti cans lit-tfal jisimgħu, jifhmu u jużaw ilvokabularju f’kuntest differenti permezz ta’ attivitajiet ta’ taħriġ il-fehem

    Approvat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

    Add to basket
  • Books – L-Ewwel Qari – (BDL)

    5.50 Select options
  • Books – L-Ghefieret u l-Iskarpan

    5.95

    Sensiela Hrejjef Klassici

    Read more
  • Books – L-Gherien tal-Katavri – It-Tieni Ktieb

    7.00

    Arturo Caruana
    Assattat minn Charles B. Spiteri

    Add to basket