Il-vera mhabba. Dik li ggaghlek thoss sentiment profond ghal xi hadd li tkun ghadek qatt ma rajt qabel. U dik l-imhabba bejn missier u bint.
Daqqa ta’ harta.
F’dik il-frazzjoni ta’ mument qabel ma lahqet tathielu, Alba ndunat li dak il-wicc dahqan kien jappartjeni lil guvni twil, ghajnejh cari blu bl-isfar ikangi go fihom.
Il-hin kien waqaf. Ghajnejha f’ghajnejh. Izda issa kien tard wisq.
Deshan beda johrog mal-habiba taghha Zara. Lejl ta’ maltemp.
X’jigri bejn Deshan u Alba? U dakinhar tal-festin ta’ gheluq snin habibitha?
Ilhna fid-dlamijiet. Libsa mcarrta.
Ghalfejn Alba kienet thoss li l-mewt ta’ Zara kienet fuq spallejha?
X’rabta kien hemm bejn missier Alba u Deshan?
Ballu tal-maskri. Il-Milied. Strangier fuq vapur. Notamenti.
Dan ir-rumanz huwa rakkont emozzjonali fuq il-vera mhabba b’element sopranaturali li jqanqallek kurzita’ halli tiskopri t-tmiem tieghu li mhux mistenni.
– Monochromatic lined illustrations
– Large, clear text throughout
– Emphasis on full-page illustrations to engage young readers to take part in storytelling
– 2 Hardcover books to choose from: Beauty & the Beast and Mermaid
– Each book includes a necklace with charm related to the story & coloured illustrations inside
– Beauty & the Beast with Yellow charm, Mermaid with Turquoise charm
– Ideal as gifts for girls aged 4 – 8 years
Ġo villaġġ żgħir, ħames minuti bogħod mill-baħar, hemm dar imdaqqsa li mad-daqqa t’għajn taħsibha abbandunata, minħabba li l-faċċata żdingata u l-bieb ta’ barra qed jibki għal qatra żebgħa!
Iżda meta wieħed joqgħod jinnota u jħares b’attenzjoni jinduna li fil-ħġieġ tat-twieqi jista’ jara wiċċu, avolja kien hemm xi tnejn imkissrin. It-tarġa ta’ quddiem il-bieb nadifa tazza u ż-żewġ pjanti li hemm mal-faċċata, kif ukoll xi oħrajn fil-gallarija, jidhru li xi ħadd jieħu ħsiebhom.
Min jgħaddi minn hemm jassumi li ġo dik id-dar kien joqgħod xi ħadd anzjan li forsi ma baqax jgħix fiha u għandu lil xi ħadd jiġi minnu joħodlu ħsiebha ta’ darba kultant… Iżda dawk tal-lokal jafu li ġo dik id-dar tgħix tfajla ta’ sittax-il sena jisimha Ella.
Min kien sewwasew Patri Franġisk? U kif daħlet Claudia fil-ħajja tiegħu?
“Għinni, Patri Franġisk… Neħtieġ tassew l-għajnuna tiegħek!”
“Tersaqx… Tersaqx qribi… mara…”
Patri Franġisk kien bniedem li jaf jaħseb u jirrifletti. Quddiem it-tentazzjoni ħsiebu mar fil-Madonna li tagħha kellu l-ikbar devozzjoni… imma mid-dehra l-Madonna kienet abbandunatu.
Le… ma setax ikun…
U Leli? X’ried minn Claudia?
Għaliex ried jagħmel minn ħajjitha tapit? Wara kollox, hi kienet taħdem għalih… Magħha ma kien jonqsu xejn… Mela għax ħalef vendetta?
Mastru Gerfex huwa xwejjaħ pensjonant li jgħix ġo Ħal Busbies ma’ martu Lugrezja. Xi darba kien surmast ta’ skola ċkejkna ġo raħal qrib.
Billi ma jżommhiex u jħobb jiċċajta ħafna hemm min jaħseb li x-xwejjaħ beda jiżmaga, waqt li oħrajn jidhrilhom li, billi jħobb xi ftit il-qatra, sikwit ikun xurban u allura tista’ tgħaddih passata.
Tassew li Mastru Gerfex jagħmel kull waħda tinkiteb, iżda hu tassew ukoll li l-imsejken xwejjaħ isib min joħloqlu l-praspar kulfejn idawwar wiċċu. Is-Surġent Sacco dejjem jiġri warajh u jfittixlu l-passi tiegħu, is-Sur Gilard jaqbad miegħu bħal qarnita kulmeta jirfes fil-Każin tal-Banda, u (billi fuq tlieta toqgħod il-borma) issa tfaċċa Kaspru l-Amerikan li hu mimli bl-għira u moħħu biex jippika miegħu. U l-aġir ta’ dawn iwasslu ta’ sikwit biex iżid xi praspura ġdida fil-kollezzjoni!
Ix-xwejjaħ hu raġel minn tagħna u qalbu tajba kemm tridu, iżda żgur li mhux se jħalli lil min jgħaddih minn għajn il-labra. Anzi, kulmin ipprova jagħmel hekk, dejjem mar minn taħt, għax ma’ Mastru Gerfex mhux lakemm iġġibha żewġ!
– Animals
DK find out! Animals teaches kids everything they would want to know about the animal kingdom
– Human Body
DK find out! Human Body will satisfy any child who is eager to learn and acquire facts – and keep them coming back for more
– Climate Change
DK find out! Climate Change encourages children to think more about the world around them and is a great aid for any school project on climate change
With expert-reviewed content, these fantastic books will build your child’s confidence and knowledge in essential school subjects. By working through the engaging activities with your child, you can help them prepare for their first years at school.
Packed with fun practice activities and colorful stickers to reward effort and good work, these books are the perfect first steps in your child’s school journey.
Explore the everlasting power of love in this beautiful tale. Featuring stunning artwork of penguins, bears, otters and more, this story is perfect to share with someone special.
Illum in-novella reġgħet qabdet ritmu tajjeb fost il-qarrej Malti. Dan wieħed jistennieh f’dinja mgħaġġla bħal din li qegħdin ngħixu fiha.
Din il-ġabra tħaddan madwar 20 novella. Il-kittieb Ingliż William Shakespeare jimmaġina l-bnedmin bħala atturi; kull attur għandu parti x’jaħdem skont il-qasam li jkun fih. Għaldaqstant, il-ktieb iħaddan temi differenti li flimkien jagħtu stampa sħiħa tal-ħajja umana kontemporanja. Il-qarrej se jsib temi pożittivi u oħrajn negattivi; temi bħall-imħabba, is-solidarjetà, it-tjubija, il-ħniena; imma se jsib ukoll temi bħat-tradimenti, il-qerq, il-vjolenza, l-abbuż u l-isfruttament tal-persuni.
Fuq il-palk tal-ħajja hu ktieb ta’ rilassament, imma fl-istess ħin imbuttatura biex iġġiegħel lill-qarrej jifhem dak li qed iseħħ madwaru.
Amira, Aldo u Alan huma tliet tobba żgħażagħ. Amira hija bint tabib Palestinjan u omm Maltija. Qribhom ikun hemm Danielle, infermiera b’esperjenza ta’ vjolenza domestika traġika li tbegħedha minn missierha.
Fix-xenarju tfeġġ ukoll tabiba Franċiża li Amira u Aldo jagħmlu ħbieb magħha waqt esperjenza fil-Palestina.
Jinbet interess kbir dwar dar antika tan-nanna ta’ Amira f’Malta, li jkollha xebh straordinarju ma’ dar simili f’Pariġi u rabta ma’ kavallier ta’ żmien it‑Templari.
Sadattant, fil-ħajja ta’ Danielle jerġa’ jfeġġ missierha, b’xi ħadd isus warajh sal-punt li jipprova joqtlu minħabba ċavetta misterjuża.
Jiġri wkoll li Amira u Danielle jsibu ruħhom weħidhom, wiċċ imb wiċċ ma’ żewġ kriminali mgħammdin u armati, wieħed minnhom midrub u l-ieħor jaf lil missier Danielle.
Before Sammy Snowman goes to sleep, he wants to say a special goodnight to all his friends, from dancing penguins to the playful bear cubs. Join him on a sleepy journey through the snow in this bedtime story.
Ġużi jafda fil-kliem sabiħ ta’ Toni meta dan jissuġġerilu biex jagħmel bħalu u jemigra lejn l-East End ġewwa Londra. Toni jdaħħlu jaħdem bħala bouncer fl-istess night club fejn jaħdem hu f’Soho. Iż-żagħżugħ qatt ma ħaseb ħażin f’sieħbu Toni u qatt ma basar li ħabibu kien membru ta’ ċirku kriminali u li kien qiegħed jingannah.
Bil-manuvri ta’ Toni u ta’ Dim the Greek, Ġużi jsir kompliċi bla ħsieb f’serqa kbira.
Il-ġrajja sseħħ f’Londra u f’Malta fl-1961.
X’konnessjoni seta’ kien hemm bejn ‘Is-Serqa tas-Seklu’ f’Londra ma’ każ ta’ qtil fin-Naxxar?
U fuq kollox, Jenny, it-tfajla Ingliża ta’ Ġużi, x’sehem kellha f’dan kollu? Wara tant taqtigħ il-qalb x’jiġri minn dawn it-tnejn?
– PANDEMIJA HAKMET LIR-RENJU TA’ KARTAKSAN!
– Ir-Raba’ Ktieb mill-grajja illustri ta’ Kartaksan
– Dan ir-rakkont mhux dwar Grancella … dik li kienet timxi b’lura u trabbi l-friefet il-lejl. Din hija storja dwar l-erba’ wliedha. Insomma … aktar dwar Fulda, iz-zghira nett! U aktar importanti minn Fulda hija bintha: Rampa. Ghax issa ghaddew hafna snin u dawn l-erba’ ahwa lkoll qabzu s-sittin sena. Imma Grancella se tidhol xi ftit ukoll. U anki zewgha Frangello … ghalkemm dan donnu se jmut qabel ma jitwieled. Izda, fuq kollox, din hija storja dwar l-epidemija li kienet hakmet lil Kartaksan, b’attakki ta’ … ta’ … ta’ … ta’ … Aaaaaaaaaccù. Skuzawni … na nistax inkompl—!
– Alberto kien fi triqtu lejn Sqallija. Kellu bzonn jindiehes ma’ xi familja biex ma jaghtix fil-ghajn. Fi ftit hin ghamel habib ma’ zewgt itfal. Malajr qabad jiddiskuti m’ommhom Zvetlana u spicca biex afda bagalja flus maghha. Zvetlana kellha tiehu decizjoni importanti li maghha gabet konsegwenzi serji.
– Alberto kien beda jissuspetta li martu kellha wicc haddiehor. Is-suspetti kibru meta martu harget tqila. Lydia kienet mara bla skrupli. Qatt ma kienet temmen li zewgha kien jissuspetta xi haga. Kienet tahseb li hu kien mohhu biss fil-flus.
– Alberto jfassal pjan biex isir jaf il-verità qabel jerfa’ r-responsabbiltà ta’ tarbija li kellu dubju jekk hix tieghu. Bil-pjan djaboliku tieghu jirnexxilu jbiddel id-destin ta’ bosta. Ghalih ma kienx jimporta li juza lin-nies. Ghalih kien jimporta biss li jasal fejn jixtieq.
F’din il-ġabra ta’ kitbiet, Spiteri Gingell jinseġ esperjenzi u ħsibijiet personali mal-ħajja, l-istorja, in-natura u l-kultura Maltija flimkien ma’ temi universali. X’inhi l-verità, il-ġustizzja jew is-sbuħija? Xi jfisser il-progress jew l-unur? Daqqa permezz ta’ proża u drabi oħra permezz tal-poeżija – xi kultant b’mod dirett iżda ġeneralment b’mod aktar sottili, kultant b’ċerta diqa u nostalġija iżda ferm aktar bl-umoriżmu, l-assurd u l-esaġerazzjoni – huwa jipprova jifhem u jwieġeb dawn il-mistoqsijiet skomdi li qajla nsibu risposta xierqa għalihom u ma joqgħodx lura milli jqanqal lill-qarrej biex jagħmel l-istess.
This clever workbook is packed with exercises and a giant poster crammed with quick-fire memory boosters, making it ideal for linking school and home learning.
Available in 2 levels covering English and Math units.
Maths Revision has been developed to support children with their school work. It will help build confidence and reinforce their understanding of key skills.
-Supports literacy and numeracy taught in schools
– Links school and home learning with clear objectives
– Includes over 50 motivational reward stickers
– Fun cartoons and bold design to engage young learners
Help with Homework is a fun way to link school and home learning, helping children reinforce key skills.
With expert-reviewed exercises and activities, these fantastic books will build your child’s confidence and knowledge across essential school subjects. The engaging activities are designed to keep learners entertained and reinforce the lessons learned at school.
Packed with fun practice activities and colorful stickers to reward effort and good work, these books are the perfect for holiday work, exam preparation and all kinds of home learning.
Mouse is a little creature with big dreams. Read along to join her adventure as she tries to reach new heights with help from her friends. This wonderful, heartwarming book is perfect for a sweet story time.
Tifel makakk, suldat qalbieni u principessa kapriccuza huma whud mill-karattri li se tiltaqa’ maghhom f’din is-sensiela li tigbor fiha l-hrejjef favoriti tieghek! Iftah il-ktieb u ntilef f’dawn il-grajjiet mimlijin magija u avventura!
Meta tliet qzieqez jitilqu mid-dar, jahsbu li se jghixu hajja libera u komda. Ghalhekk, kull wiehed minnhom jibni dar ghalih. Izda meta jdeffes denbu l-lupu l-kattiv, jaghmlilhom hajjithom difficli.
– The precious moments shared between the relative and the child are captured beautifully in these heart warming books
– Perfect for reading with someone you love
Join one little cub and their daddy for a day of exploring, playing and giggling! From morning birdsong to twinkling stars at bedtime, there’s always so much to share. This beautifully illustrated ook all about love is perfect for families to read together.
Storja ta’ mhabba mimlija tlajja’ u nzul, u li tohrog fid-dieher il-qasma kbira ta’ bejn il-hajja felici u l-kumdità tas-sinjur, b’kuntrast mas-semplicità u t-tbatija tal-fqir.
Il-familja Brewster hija familja ghanja, imma s-sitwazzjoni tal-familja hija bhal kobba mhabbla. Min hija ezattament il-familja Brewster, u x’inhuma l-misteri taghha?
Allison Brewster, studenta zaghzugha l-gmiel taghha, hija l-eredi ta’ fortuna kbira u tfajla b’qalb li taf thobb. Gerald Winchester, zaghzugh innocenti, twajjeb u genwin, huwa skrivan fl-ufficcju ta’ bankier sinjur. John Hubbard, ragel ghajjur u kattiv, huwa l-prokuratur legali tal-familja Brewster.
X’inhu d-destin ahhari ta’ dawn it-tliet karattri principali?
Rakkont li jhalli lill-qarrej sal-ahhar fuq ix-xwiek sabiex jiskopri s-sigrieti tal-familja Brewster u s-sinifikat tal-famuza cavetta tad-deheb.
Iċ-Ċimiterju tal-Imgħallqin mill-pinna ta’ Giuseppe Cumbo huwa rumanz mill-isbaħ li fih l-intriċċi, l-inganni, l-imħabba u l-vendetti ma jonqsux. Iħallik fuq ix-xwiek mill-bidu sal-aħħar u jitilfek f’dinja oħra ta’ Markiżi, palazzi u Malta tal-antik.
Hi sfaret u għajnejha dehru jleqqu. ‘Misħut!’ qalet bejnha u bejn ruħha. Is-Sur Borg ma tilifx ċaqliqa waħda biss minn tagħha. Hu ġarrab fih innifsu ferħ bla tarf xħin raha quddiemu hekk safra u beżgħana. “Oqgħod attenta,” reġa’ qalilha hu t’ton qalil, “għax int taf biżżejjed li ma nerġa’ lura minn ebda ostaklu li nsib quddiemi! Jekk niltaqa’ ma’ xi wieħed quddiemi, matul it-triq tiegħi, jien inbattih! Sinjura, la tfixkilnix, għax xejn ma jimpedini biex nasal fl-iskop tiegħi!” “Theddidni!” qaltlu hi b’ton ta’ disprezz profond. “Ħsibt li b’hekk se tbeżżagħni? Iżda jien ma nibżax minnek, Sinjur! Iva, jien inkun ta’ ostaklu bejnek u bejn binti u naħliflek li int ma tagħmel xejn!” “Tisfidanix,” kompla hu b’leħen fgat, “għax jien ma nerġa’ lura qatt! Dawk l-ittri li għadni kemm semmejtlek u li jxandru ħwejjeġ strambi; dawk l-ittri jivvendikaw lill-bniedem li int trid tikkumbatti!” “Miżerabbli!” għajtet Adele.
Iċ-Ċimiterju tal-Imgħallqin mill-pinna ta’ Giuseppe Cumbo huwa rumanz mill-isbaħ li fih l-intriċċi, l-inganni, l-imħabba u l-vendetti ma jonqsux. Iħallik fuq ix-xwiek mill-bidu sal-aħħar u jitilfek f’dinja oħra ta’ Markiżi, palazzi u Malta tal-antik.
L-għassies li skanta jħares lejh fil-ħin li tefagħlu d-dawl f ’wiċċu, ħass ġismu jitla’ xewk xewk. Ħin bla waqt, iż-żagħżugħ poġġa riġlu fuq it-tebut, tbaxxa u reġa’ qam, xħin refa’ fuq dirgħajh il-ġisem ta’ dik il-mara. Hu beda jagħfasha ma’ sidru u jolfoq, u b’xufftejh jaħarqu nar beda jbus bħal mitluf il-wiċċ, il-għonq, id-dirgħajn u s-sider ta’ dik, li b’daqshekk fehem, li sejjer jerġa’ jagħtiha l-ħajja. “Ma stajtx insalvak! Maħbuba Giovanna tiegħi, mela tassew li m’għandix nisma’ aktar il-leħen maħbub tiegħek, ma narax iżjed il-ħelwa tbissima tiegħek. Għajnejk baqgħu magħluqin! “Darba int kont għedtli… ‘Ġorġ, jekk immut, bewsa tiegħek terġa’ tagħtini l-ħajja.’ Qum mela! Din il-bewsa rrid nistampahielek fuq xufftejk! U issa xejn! Xejn!” kompla b’leħen li jaqsam lill-qlub.