-
Books – It-Tarbija tax-Xebba
€10.00– Anna, tfajla tbigħ il-ġmiel, tiltaqa’ ma’ ġuvni gustuż u tieħu grazzja miegħu mill-ewwel. Mill-għada Anna qatt aktar ma rat lil wiċċu. Aktar tard saret taf li ħarġet tqila.
– Meta waslet biex ittemm it-tqala ltaqgħet ma’ Ġovann, armel li talabha tkun martu. Hi qaltlu li ma jkun ħadd jekk mhux dak li ħarġet tqila minnu. Ġovann tant ħa grazzja magħha li qabel infirdu qalilha biex jekk tbiddel fehmitha jew ikollha bżonn, tfittxu. Wara l-ħlas inqalgħu kumplikazzjonijiet li wasslu lil Anna tħalli din id-dinja. Saċerdot li assistieha waqt mewtha wegħedha li jaqtgħalha xewqitha u jmur Sqallija jfittex lil Ġovann u jitolbu jrabbi lit-tarbija.
– Tonio u martu ma kellhomx tfal u kienu jgħixu ma’ missieru. Huma ħaduha b’insult li jrabbu ’l din it-tarbija. Fl-aħħar inkixfu l-borom u Ġovann, missier Tonio, urieh il-provi kollha li dik it-tarbija ma kinitx barranija imma kienet demmhom stess.Kitba ta’ Carmel Bianchi
-
Books – It-Tifel Taħt Is-Sodda
€13.95…tax-xagħra li qridna,
u s-siġar li ħraqna,
tas-sħab li niġġisna,
u l-mewġ li dardarna;
tal-bhejjem imqattgħa,
u t-tfal li weġġajna,
tat-trabi li qtilna,
u l-kliem li ħammiġna
mhux biżżejjed
id-demm ta’ ġisimna.“Tafu li omm it-tifel tiġri mal-irġiel?” staqsa s-Surmast. “Tafu li missieru ma kienx missieru?”
“U qatt ħsibtu xi jħoss tifel żgħir meta turih xbieha ta’ raġel imċaflas bid-demm, nofsu għarwien, bix-xewk iċarratlu l-ġilda ta’ rasu, u msammar ma’ salib?”
“Tafu kemm kellu l-wied u l-ħarrub għal qalbu qabel bnew kullimkien vilel?” staqsa mġħaddab wara ftit.
L-oħrajn iċċassaw iħarsu lejh.
“Għalhekk ġera d-demm,” qalilhom. “Għalhekk!”Kitba ta’ Paul P. Borg
-
Books – Jinzlulek Għasel 2 – Ġabra ta’ Anedotti minn Maltin Magħrufa
€7.00– Miktub minn Charles Flores u Tony Barbaro Sant
Ghaddew seba’ snin minn meta hareg Jinzlulek Ghasel, gabra ta’ aneddoti minn protagonisti f’oqsma differenti tas-socjetà Maltija, li nafu kemm nizlet tajjeb mal-qarrejja Maltin u Ghawdxin.
Dan it-tieni volum huwa x’aktarx l-aktar sequel li dam biex wasal fl-istorja tal-qari. Matul dan il-perjodu sfortunatament tlifna lil xi whud minn dawk li kienu wasslulna l-istejjer helwin, sikwit ferrieha, fl-ewwel volum. Il-vojt imtela minn kontributuri godda li, flimkien ma’ dawk li kienu nghaqdu maghna fl-ewwel edizzjoni, jaghmlu din l-edizzjoni wahda xejn inqas ecitanti – bukkett iehor ta’ aneddoti li ma tiqafx taqrahom qabel tispiccahom.
Jinzlulek Ghasel 2 ma jonqosx li bis-sehem ta’ daqstant personaggi jerga’ joffri l-opportunità lill-edituri biex, mid-dhul taghhom, jaghmlu donazzjoni lil wiehed mis-santwarji tal-annimali li ghandna x-xorti jkollna f’pajjizna.
-
Books – L-Gherien tal-Katavri – It-Tieni Ktieb
€7.00Arturo Caruana
Assattat minn Charles B. Spiteri -
Books – L-Gherien tal-Katavri – L-Ewwel Ktieb
€7.00Arturo Caruana
Assattat minn Charles B. Spiteri -
-
-
-
-
Books – Marija – Is-Socjeta’ tal-Miżerja
€7.00Alfredo Eduardo Borg
Addattat minn Charles B. Spiteri -
Books – Marija – L-Għejbien ta’ Clotilde
€7.00Alfredo Eduardo Borg
Addattat minn Charles B. Spiteri -
-
-
Books – Maskri u Misteri
€3.00Alexia Xuereb Diacono
Qtil doppju gewwa sqaq mudlam.
Krista, tfajla orfni li ghaddiet minn trawma. Tiftakar biss maskra sewda li hija l-kagun ta’ hafna holm ikrah li jikkundizzjonalha hajjitha. Minn età tenera jkollha titrabba f’istitut. Tul hajjitha tiltaqa’ ma’ hafna ostakli, imma madanakollu xorta tibqa’ determinata li ssib il-qattiel. Tghid se jirnexxilha?
Sister Matilda, persuna li lesta taghti hajjitha ghat-tfal tal-istitut.Il-Maskarat, min-naha l-ohra, idur u jhuf fid-dlamijiet tal-lejl. Kriminal jew ragel twajjeb? Ragel li jasal ghal kollox, zgur li ahjar tkun qed tahdem favorih milli kontrih.
Xi darba jew ohra l-hajjiet ta’ dawn l-individwi se jiltaqghu, u min jaf minn kemm esperjenzi jridu jghaddu flimkien. Misteri, drama u romanticizmu.
Min hu l-Maskarat? X’kien hemm wara dak il-qtil? -
-
-
-
Books – Passju
€14.95Ir-riħ li kien ġej mit-Tramuntana kien kessaħ kullimkien u kien qed iġorr miegħu kull xorta ta’ imbarazz. Deher il‑bieb ta’ darha jitbexxaq. Figura kemxejn abbattuta dehret tixref ’il barra. Eva. Fejn kienet sejra? Għalfejn kienet tmur bil‑mixi sal-palazz kull filgħaxija? X’konnessjoni kellu l-passju?
L-istorja teħodna fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija f’Malta u fl-Uganda, fejn niltaqgħu ma’ Eva u l-imħabba ta’ ħajjitha – is-Surġent Maġġur Christopher Michael Steward.
Wara li jibdlulha l-apparenza, Eva tispiċċa spija fuq il‑Brigadier Frederick Ralph Henson u tgħix ħajja li mhix tagħha. Imma x’jiġri xħin tinkixef il-verità? Tgħid is‑Surġent Maġġur kien verament mejjet? Min kien dak is‑suldat misterjuż li kien salvalha ħajjitha? U x’jiġri dakinhar tat-tieġ tagħha?
Dan ir-rumanz huwa rakkont drammatiku b’element senswali u xi ftit sopranaturali, li jdaħħlek f’intriċċi li jqanqlulek kurżità sa xħin finalment tinkixef il-verità. Imma x’inhi l-verità? X’inhi l-vera mħabba?
-
-
-
-
-
-
Books – The Beginner’s Guide to Fitness Book
€7.00Whether you are looking to tone up, lose some weight or just get in shape, here is a complete guide containing all you need to get started on your new fitness programme.
Step by step exercises covering all body areas
Warming up and cooling down exercises to keep your body safe
An easy to follow twelve week exercise planner
Advice regarding diet, body type and a healthy lifestyle
-
-
Books – Tnax-il Sena Wara
€14.95Victor trabba b’għożża f’familja reliġjuża fi żmien meta r-reliġjon kellha dominanza fi mħuħ il-Maltin. Is-sittinijiet kienu żminijiet partikolari… il-kwistjoni poltiko-reliġjuża, l-indipendenza u l-qawmien taż-żgħażagħ fil-moda, il-mużika fost l-oħrajn. Victor inbidel minn tifel dieħel u ħiereġ il-knisja għal ġuvni fuq ruħu, imqareb f’għajnejn bosta.
Il-fittaġni ta’ Dun Saver u ta’ missieru biex jippruvaw iżommuh fl-istil ta’ ħajja li kienu jafu huma joħloq ribelljoni f’Victor li twasslu jaħrab minn Malta ma’ ħabibu Salvu. Id-destinazzjoni tagħhom… l-Ingilterra. Bl-għajnuna ta’ baħri, li kien jaħdem ma’ bastiment merkantili, jirnexxilhom jidħlu fil-pajjiż b’mod illegali u jispiċċaw jaħdmu fir-restorant tas-Sur Young fl-akkwati ta’ Westminster.
Hawn jiltaqa’ ma’ Carol, tfajla sabiħa, bint u l-mimmi t’għajnejn is-sid tal-post. Victor u Carol jinġibdu lejn xulxin b’mod istantanju. Iżda Victor kien maħrub minn pajjiżu, mingħajr wisq skola filwaqt li Carol kienet tfajla intelliġenti u dħulija u kienet qed tistudja biex tidħol l-Università.
Din ir-relazzjoni ħolqot problema għal missieha… waqt li Victor kien dejjem jagħmel ta’ rasu.
-
Books – Triq L-Arkata
€9.95Triq l-Arkata huwa ġabra ta’ rakkonti u stejjer qosra li l-awtur għadda minnhom fi tfulitu. In-nostalġija kulħadd iġarrabha imma mhux kulħadd kapaċi jerġa’ jara l-istess ġrajjiet bl-istess lenti sempliċi tat-tfulija.
Augusto Cardinali jirnexxilu u xi drabi – b’mod umoristiku partikolari li hu magħruf għalih – ipinġi bil-kliem l-ambjent tal-imgħoddi.
Għal dawk li għexu fl-ambjent ta’ raħal u żmien li fih trabba l-awtur, titqanqal nostalġija.
Għal dawk li ġew wara s-sebgħinijiet, tinfetaħ tieqa fuq żmien ieħor li fuqu nbniet il-ħajja Maltija tal-lum.Novelli
Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
-
Books – Ulied il-Fenton
€14.95– Is-Suspetti ta’ Dolly Fenton ikompli . . . Ulied il-Fenton
– Id inviżibbli, wiċċ mistur, għadu moħbi, fantażma… qegħdin fi gwerra kontra kull min jgħix fil-villa.
– Dawk l-atti vandali u dawk l-ittri anonimi kollha jfissru ħaġa waħda: xi ħadd waħħalha f’moħħu li jivvendika ruħu minn kull wieħed u waħda. Xi ħadd jobgħodhom… imma min? Il-ġrajjiet tal-passat li kienu swew tant deni għal Dolly u Edward Fenton għaddew u marru. Allura għaliex kellu jinqala’ dan l-inkwiet wara tant snin? Minn dak iż-żmien ’l hawn akkwistaw l-akbar żewġ ġojjelli f’ħajjithom, uliedhom Amber u Lisa.
– Id-dubji jaqgħu saħansitra fuq dak il-Kuban, qattiel bla ħniena… imma dak maqful f’ħabs l-Amerka. Thomas ukoll jinsab ’il bogħod, fi Florida. Allura min jista’ jkun?
Minn dan it-twegħir joħroġ ukoll it-tajjeb. Ġamri jaqta’ xewqtu li jpatti għad-deni li kien wettaq fil-passat billi din id-darba joħroġ għonqu għall-Fenton, xi ħaġa li qatt ma stennew. Walter, iben Connie l-fattiga, kif ukoll ħabibu Martin isiru l-fus f’ħajjet il-kuġini, Amber u Lisa.
– Sa tmiem l-investigazzjoni tal-pulizija jilħqu jinkixfu fatti sorprendenti kif ukoll l-erba’ żgħażagħ isibu l-iskop ta’ ħajjithom.Kitba ta’ Monica Gatt
-
Books – Wara Nofsillejl
€14.95Sander ossessjonat fuq Fiona, tfajla l-ġmiel tagħha. Il-ħin kollu jhewden fuqha, jitkellem dwarha u jaħtaf kull opportunità li tiġih biex jiltaqa’ magħha.
Darba fost l-oħrajn, f’kaxxa tal-għodda, jintlemħu par ingwanti u mus imċappsin bid-demm, u biċċa minn ġiżirana. Fiona tinstab mejta.
Il-mewt ta’ Fiona jħarbat lil diversi persuni, fosthom lil Sander innifsu; lil Victor Berk, ħabib antik ta’ Fiona, li kienet togħġbu ħafna; lill-Avukat Rennie Debono, il-maħbub l-aktar riċenti ta’ Fiona; u fuq kollox lill-Ispettur Gili, li jibda jinvestiga l-każ ta’ Fiona bir-reqqa…
-
Books – ‘Il Barra Mill-Habs
€12.95– Malli priġunier jiġbed in-nifs tal-libertà, isib quddiemu triq twila… żmien ġdid… bidliet li qajla jkun intebaħ bihom fis‑snin li qatta’ ’l bogħod mis-soċjetà. U aktarx li wara l-ferħ tal-ewwel jiem jintebaħ li l-ostakli huma kbar –ix-xogħol, id-dar, il-flus, it-trasport… Il‑familja u l-ħbieb lanqas mhuma dejjem ta’ spalla għal min jirriforma ruħu u l-individwu faċilment jerġa’ jinqabad fix-xibka tal-kriminalità.
– Pawlu u John, eks priġunieri, jiddeċiedu li jkunu huma ta’ sostenn għal min joħroġ mill-ħabs biex verament jintegra ruħu fil-ħajja li jkun nesa li teżisti. Iżda kemm jirnexxilhom jirriformaw ruħhom Sammy, Patrick, Tony, Lucy, Jackie u Jesmond? U x’ostakli jħabbtu wiċċhom magħhom fid‑dar il-ġdida? -
Recipe Books – Fil-Kċina M’Anton – Sensiela Ta’ Kotba Tar-Riċetti – (BDL)
€5.95Sensiela ta’ Kotba tat-Tisjir ta’ Anton B.Dougall