Malti Għalina T-Tfal 5

6.50

5 in stock

5 in stock

SKU: 9789995720285 Categories: , ,

Description

Dan il-ktieb ukoll huwa grammatika f’kuntest bil-ghan li jghinek u jiggwidak tkopri s-sillabu tal-hames klassi. F’kull lezzjoni t-tfal ikollhom silta miktuba mill-awturi u ezattament wara hemm sezzjoni ghad-diskussjonijiet u riflessjonijiet, li l-iskop taghha hu li twassal lill-istudenti ghas-suggett grammatikali u fl-istess waqt tghin lill-istudenti jitghallmu jesprimu ruhhom bla tlaqliq. Wara jkollhom it-tahrig; li huwa varju u kreattiv! Wara kull lezzjoni hemm sezzjoni msemmija awtoassessjar fejn it-tfal jirriflettu ftit fuq il-fatti grammatikali li ghaddew. Ezattament wara, hemm tahrig supplimentari (sentenzi, ittra, taqbila, komponimenti, ecc) li jghinhom jesprimu ruhhom bil-miktub fit-tul. Fl-ahhar ta’ kull lezzjoni hemm attività li l-iskop taghha hu li l-istudenti jkabbru l-istima taghhom infushom u jitghallmu l-iskop wara certu affarijiet li jsiru fl-iskola u fil-hajja ta’kuljum! Barra minn hekk wara kull topik hemm mappa tat-taghlim li permezz taghha l-istudenti jaghmlu revizjoni ta’ dak li jkunu studjaw f’diversi lezzjonijiet sempliciment billi jaghtu daqqa t’ghajn lejn din il-mappa! Dan il-ktieb hu miktub minn zewg ghalliema li ggradwaw fil-Malti. Maghhom kien hemm tim ta’ ghalliema ohra minn diversi skejjel primarji u studenti tal-primarja li ghenu lill-awuri jippefezzjonaw il-ktieb.

Fih jinkludi:

– Revizjoni tas-sillabu tar-raba’ klassi tal-primarja;
– Is-sillabu kollu tal-hames klassi tal-primarja;
– Noti tal-grammatika;
– Ezercizzji varji ta’ livelli differenti;
– Tliet tahrig il-fehem u tliet fehim mis-smigh;
– Sistema t’awtoassessjar li tghin lill-istudenti u tara ghadhomx jiftakru dak li ghaddew;
– Stampi kkuluriti li jghinu lill-istudenti u jaghtuhom gost;
– Mind maps biex jghinu lill-istudenti fil-kitba tal-komponimenti;
– Mind maps biex jghinu lill-istudenti jaghmlu revizjoni tat-topiks grammatikali.
– Simboli li vizwqalment jispjegaw lill-istudenti x’mistenni minnhom fl-ezercizzji;
– Kitba aggornata skont l-ahhar regolamenti tal-ortografija.