Books – Il-Prinċep tal-Birgu
€14.95
1 in stock
Din il-ġrajja seħħet il-Birgu wara l-Ewwel Gwerra Dinjija. L-Ingliżi ħallew lill-Maltin bil-ġuħ, f’għaks u f’telqa kbira. Il-poplu Malti ma setax ilaħħaq mal-ħajja. L-Ingliżi ngħaqdu mal-Knisja biex iħallu lill-Maltin f’injoranza kbira. Manwel Dimech jispiċċa eżiljat mill-gvern Ingliż għax ried jeduka lill Maltin.
Jorgos, żagħżugħ li jgħix il-Birgu, bin familja nobbli, kien student universitarju determinat u ma jaqta’ qalbu minn xejn. Kien iħobb jikteb il-ħsus tiegħu fi djarju. Renza kienet ukoll studenta universitarja. Tfajla Maltija b’missier ta’ nisel Ingliż, li kien kurunell fl-Armata Ingliża. Il Kanonku Federik għex l-Awstralja għal bosta snin u issa kien joqgħod Ħal Qormi.
Ġrajja mibnija fuq l-istorja ta’ Malta mħallta ma’ rakkont immaġinarju li jħalli lill qarrej sal aħħar fuq ix-xwiek.
1 in stock