Books – Il-Gzira tax-Xitan u Stejjer Ohra

9.95

2 in stock

L-isem propju tal-gżira Kubana ta’ żmien Fidel Castro huwa Inagua, imma kulħadd kien jafha bħala l-Gżira tax-Xitan għax fiha kienu jiġu eżiljati l-agħar nies li wettqu delitti kbar.

Niltaqgħu ma’ Juan Carlos, raġel mill-agħar li wettaq kull xorta ta’ affarijiet ħżiena: serq, stupri u anke delitti kbar u tal-waħx. Kien kap ta’ għaqda tal-agħar briganti li wieħed jista’ jimmaġina. Ma jibża’ u jiddejjaq minn ħadd u minn xejn. Mibegħda kbira biss kellu f’qalbu, kemm għan-nies ta’ madwaru, u wisq aktar għall-membri tal-Ġustizzja.

Kif jispiċċa dan Juan Carlos u l-familja tiegħu wara daqstant ħruxijiet li kien wettaq? Minn xiex kellu jgħaddi dan il-bniedem bla ebda skrupli? U b’liema mod tidħol f’dan ir-rakkont il-gżira ċkejkna ta’ Malta li hi wisq imbiegħda minn Kuba?

Dan ir-rakkont, flimkien ma’ stejjer oħrajn tassew interessanti, iħallu lill-qarrej fuq ix-xwiek mill-bidu sal-aħħar.

Kitba ta’ Elio Lombardi

2 in stock

SKU: 9789918211265 Categories: , , Tag: