Books – Mastru Gerfex Rebbieħ Dejjem
€7.00
2 in stock
Aktar praspar ġodda għal seħibna Mastru Gerfex!
Mastru Gerfex qalbu tajba u ċajtier, u tassew maħbub f’Ħal Busbies.
Madankollu hemm ukoll min hu mqabbad miegħu daqs qarnita. Fosthom is-Surġent Sacco li jħobb isus warajh biex jaqbdu f’xi reat. U hemm Kaspru l-Amerikan li jgħir għalih u spiss jagħmillu xi sfida jew imħatra. Imma Mastru Gerfex makakk — dejjem jirbaħ hu u jħallihom b’xiber imnieħer. Hekk ġara:
– meta Kaspru ried jieħu ikla b’xejn minn restorant fejn il-wejter kien Mastru Gerfex,
– meta Kaspru ried iġiegħel lil Mastru Gerfex jiġbed id-daqna tas-Sindku,
– meta s-Surġent Sacco qala’ lil Gerfex minn kju u bagħtu wara nett.
U x’ġara meta x-xwejjaħ mar l-iskola, fil-klassi tan-neputijiet?
2 in stock