Books – Bewsa tad-Demm

12.95

1 in stock

Kull bniedem ghandu l-punt fragli tieghu: flus, poter, xewqat, kilba, passjonijiet. M’hemm hadd li jista’ jghid li m’ghandu xejn. Imma meta f’qalb il-bniedem jibda jnebbet gherq il-mibeghda u l-ghira, hemmhekk ma jkunx hemm triq ohra ghajr it-triq lejn l-abbiss.

F’din l-istorja, minbarra li mmissu mill-qrib mal-flus, poter, xewqat, kilba u passjonijiet, inhossu wkoll it-tahbita tal-polz tal-vittma, ir-rabja tal-assassin, kif ukoll it-tahlita tal-mibeghda senswali mohbija taht il-maskra tal-imhabba mirquma sabiha taht id-dawl kiebi tax-xemgha! U bhalma l-imhabba kapaci taqsam il-qlub fi tnejn, hekk ukoll kapaci taghmel il-mibeghda!

L-imhabba u l-mibeghda huma differenti biss mill-qalb ‘il gewwa? mill-qalb ‘il barra jidhru li huma l-istess, linja biss hemm bejniethom, fejn din tista tkun il-linja fatali! Fit-tnejn li huma tasal li tibki, fit-tnejn tasal li twegga? u sahansitra fit-tnejn li huma kapaci jkun hemm bewsa! Imma tghid? minn liema minnhom kapaci tohrog bewsa tad-demm?

 

Kitba ta’ Antoine Barbara

1 in stock

SKU: 9789918211487 Categories: , , Tag: